Site icon Malta Business Registry

Ir-Reġistru ta’ Malta għan-Negozju jippubblika r-Rapport Annwali u r-RapportiFinanzjarji għas-Sena 2023

Ir-Reġistru ta’ Malta għan-Negozju, il-Malta Business Registry (MBR) ippubblika r-Rapport Annwali u r-Rapporti Finanzjarji tiegħu għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2023.

Matul din is-sena, l-MBR kompla jikkonsolida ruħu bħala sieħeb essenzjali fost l-ogħla awtoritajiet kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Fl-istess ħin, l-entità assigurat li ssaħħaħ u tħares l-interessi tal-ġurisdizzjoni Maltija wara snin ta’ bidliet kbar leġislattivi fis- settur tas-servizzi korporattivi kif nafuh illum. Barra minn hekk, permezz tal-introduzzjoni ta’ oqfsa leġiżlattivi ġodda u t-traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE, l-MBR ħadem b’mod innovattiv biex jiżgura l-vantaġġ kompetittiv ta’ Malta. Dan kien evidenti permezz tal-implimentazzjoni tal-qafas leġislattiv dwar il-pre-insolvenza bil-għan li jagħti ċans ieħor lill-imprendituri u d-direttiva dwar il-mobilità (Mobility Directive) li għenet biex tiġi ġġenerata aktar attività fi ħdan il-komunità tan-negozju.

Min-naħa l-oħra, matul l-2023, l-MBR poġġa lilu nnifsu bħala l-punt ta’ riferiment għal reġistri oħra madwar id-dinja. Dan ġie enfasizzat permezz tal-ospitar tal-konferenza annwali tal-forum tar-reġistri korporattivi, CRF, li saret għall-ewwel darba f’Malta, u li attirat aktar minn 250 delegat u 50 reġistru minn madwar id-dinja. Fost l-oħrajn, il-konferenza ta’ erbat ijiem iffukat fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, id-diġitalizzazzjoni, l-insolvenza, u r-reġistru tas-sidien benefiċjarji. Dan serva bħala opportunità għar-reġistri biex jaqsmu l-ideat tagħhom, jidentifikaw l-isfidi attwali u futuri f’dan is-settur u jistabbilixxu pontijiet ta’ koperazzjoni partikolarment fir-rigward tat-tisħiħ tal-qsim tal-informazzjoni.

Barra minn hekk, kisba sinifikanti kienet il-qabża ’l quddiem tal-MBR fid-diġitalizzazzjoni. Ix-xogħol fuq il-pjattaforma l-ġdida onlajn, il-Business Automation Registry Online System (BAROS), wera l-impenn tal-entità fit-tħaddin tad-diġitalizzazzjoni fejn ġew introdotti metodi diġitali ġodda, fosthom l-użu responsabbli tal-firma elettronika kkwalifikata, li jġibu bidla fil-ħsieb u fil-mezzi tal-operat.

l-2023 rat ukoll ir-reġistrazzjoni ta’ 3,150 kumpanija ġdida u r-reġistrazzjoni ta’ 215,916-il dokument, fosthom il-ħruġ ta’ 14,100 ċertifikat mit-taqsima tar-Reġistru. Fit-tkomplija tal-proċeduri rigorużi tagħha biex tiżgura governanza u osservanza xierqa, it-taqsima tal-Compliance irrieżaminat 21,928 notifika u wettqet total ta’ 1,661 spezzjoni fuq il-post biex tivverifika s-sidien benefiċjarji. B’mod parallel it-taqsima skrinjat ukoll total ta’ 96,700 involviment.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi l-On. Silvio Schembri rrimarka li l-2023 kienet sena ta’ kisbiet sinifikanti għall-MBR partikolarment fir-rigward tat-twettiq tal-viżjoni tal-MBR fid-diġitalizzazzjoni u fit-tisħiħ tas-sehem attiv fuq il-pjattaforma internazzjonali. “Bħala gvern, inżommu l-impenn tagħna li nsostnu  ekosistema pożittiva, sigura, u dinamika għall-komunità tan-negozju kif ukoll li nsaħħu u niżviluppaw il-ħiliet tal-impjegati tal-MBR” qal il-Ministru Schembri.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv u r-Reġistratur Dr Geraldine Spiteri Lucas irrimarkat li l-2023 ikkonsolidat l-isforzi tal-internazzjonalizzazzjoni tal-MBR partikolarment fit-tħabbir tal-isfidi ta’ ġurisdizzjonijiet żgħar fuq il-pjattaforma internazzjonali kif ukoll fl-impenn tal-introduzzjoni ta’ metodi diġitali ġodda u ta’ emendi leġiżlattivi fl-aħjar interess tal-komunità tan-negozju. “Ir-Rapport Annwali ta’ din is-sena jwassal l-isforzi tal-MBR biex jinstab bilanċ bejn l-iżgurar tal-aħjar operat ta’ kuljum filwaqt li jlaħħaq mal-iżviluppi kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew. Filwaqt li tpoġġiet il-kwalità fl-qalba tal-operat tal-MBR, l-entità assigurat li ttejjeb l-attività kummerċjali fi ħdan il-komunità tan-negozju fis-serħan il-moħħ li jkollha reġistru aġġornat. Min-naħa l-oħra, fil-qofol tal-operat tal-MBR hemm id-diġitalizzazzjoni li fil-fehma tiegħi hija investiment fit-tul. Huwa importanti li kontinwament ninvestu f’teknoloġija li eventwalment ittejjeb l-esperjenza tal-klijenti tagħna” qalet Dr Spiteri Lucas.

https://mbr.mt/annual-report-2023

______________________________________________________________________________________

Publication of the Malta Business Registry Annual Report and Financial Statements 2023

The Malta Business Registry (the “MBR”) has published its Annual Report and Financial Statements for the financial year ending 31st December 2023.

During this year, the MBR continued to consolidate itself as an essential partner amongst top-tiers, both locally and internationally. At the same time, the MBR ensured to strengthen and safeguard the interests of the Maltese jurisdiction following years of legislative overhauls which have changed the corporate services sector as we know it today. Additionally, through the introduction of new legislative frameworks and the transposition of EU Directives, the MBR worked innovatively to ensure Malta’s competitive edge. This was evident through the implementation of the Pre-Insolvency Framework Act which aims at giving entrepreneurs a second chance and the Mobility Directive which helped to generate more activity within the business community.

On the other hand, during 2023, the MBR put itself as a referral point for other registers across the globe. This was highlighted through the hosting of the Corporate Registers Forum Annual Conference which was held in Malta for the first time, attracting over 250 delegates and 50 registers from across the globe. The 4-day conference focused on EU Legislation, Anti-Money Laundering, Digitalisation, Insolvency, and the Beneficial Owners’ Register amongst others. This served as an opportunity for registers to share their ideas, identify current and future challenges within the sector and establish bridges of cooperation particularly in relation to the enhancing of the sharing of information.

Moreover, a significant achievement was MBR’s leap forward into digitalisation. The work on the new online platform, the Business Automation Registry Online System (BAROS), showcased the MBR’s commitment to embrace digitalisation. Such stance introduced new digital methods such as the responsible use of the qualified electronic signature amongst others, bringing about a change in mindset and in the means of doing things.

2023 also saw a total of 3,150 new limited companies and investment companies with variable share capital, and the registration of 215,916 documents, including the issuance of 14,100 certificates by the Registry Unit. In continuance of its rigorous procedures to ensure proper governance and compliance, the Compliance Unit reviewed 21,928 notifications and conducted a total of 1,661 onsite inspections to verify beneficial ownership. In parallel, screening of involvements totalled to 96,700.

The Minister for the Economy, Enterprise and Strategic Projects, Silvio Schembri remarked that 2023 was a year of significant achievements for the MBR particularly with regards to the materialisation of the MBR’s vision in digitalisation and in strengthening its voice on the international platform. ”As a government, we retain our commitment in sustaining a positive, safe, and a dynamic ecosystem for the business community as well as strengthening and developing the skills of the MBR’s employees” said Minister Schembri.

The Chief Executive Officer and Registrar Dr Geraldine Spiteri Lucas remarked that 2023 consolidated the MBR’s internationalisation efforts particularly in voicing challenges of small jurisdictions on the international platform as well as its commitment in introducing new digital methods and legislative amendments in the best interest of the business community. ”This year’s Annual Report conveys the MBR’s efforts in striking a balance between ensuring optimum daily operations whilst keeping up with developments both internationally and on a European level. Whilst putting quality at the core of MBR’s work, the entity ensured in enhancing commercial activity within the business community with the peace of mind in having an up-to-date register. On the other hand, at the core of our mission is digitalisation which is a long-term investment. I cannot stress enough in emphasizing the importance of continuously investing in technology which eventually betters our customers’ experience.” said Dr Spiteri Lucas.

https://mbr.mt/annual-report-2023

Exit mobile version