The Malta Business Registry (“MBR”) hereby informs the general public that the following amending provisions, namely, 3, 4, 5, 6, 8, 32 and 47(b), of the Companies (Amendment) Act, 2025 (Act No. XVIII of 2025) have entered into force on the 16th December 2025 by virtue of Legal Notice 286 of 2025.
Simultaneously, the respective legislation relating to the forms (corresponding to the above-mentioned amending provisions) have entered into force by virtue of the Companies Act (Forms) (Amendment No. 2) Regulations, 2025, Legal Notice 287 of 2025.
In order to better understand each provision in terms of Legal Notice 287 of 2025, one is encouraged to refer to the User Guidelines which seek to guide companies, their officers and all stakeholders involved throughout the process. These User Guidelines are to be read in conjunction with Legal Notice 287 of 2025.
MBR would like to inform the general public that companies are to submit the simplified dissolution procedure forms only through the MBR’s online system (BAROS – Business Automation Registry Online System) via the following link: https://baros.mbr.mt/app/process/statutory_form_upload_ca
Dr Geraldine Spiteri Lucas
Registrar & CEO
Nota Informattiva – Bidu fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni
Ir-Reġistru tan-Negozju ta’ Malta (MBR) b’dan jinforma lill-pubbliku ġenerali li s-segwenti dispożizzjonijiet emendatorji, u cioe, 3, 4, 5, 6, 8, 32 u 47(b) tal-Att tal-2025 li jemenda l- Att dwar il-Kumpaniji (Att Nru XVIII tal-2025) daħlu fis-seħħ fil-16 ta’ Dicembru 2025 bis-saħħa tal-Avviż Legali 286 tal-2025.
Fl-istess ħin, il-leġiżlazzjoni rispettiva relatata mal-formoli (li jikkorrispondu ma’ dawn id-dispożizzjonijiet emendatorji) daħlet fis-seħħ bis-saħħa tar-Regolamenti tal-2025 li jemendaw ir-Regolamentidwar Formoli taħt l-Att dwar il-Kumpaniji (Emenda Nru 2), Avviż Legali 287 tal-2025.
Sabiex wieħed jifhem aħjar kull dispożizzjoni ai termini tal-Avviż Legali 287 tal-2025, huwa mħeġġeġ jirreferi għal-Linji Gwida għall-Utent li għandhom l-għan li jiggwidaw lill-kumpaniji, lill-uffiċjali tagħhom u lill-partijiet interessati kollha involuti tul il-proċess. Dawn il-Linji Gwida għall-Utent għandhom jinqraw flimkien mal-Avviż Legali 287 tal-2025.
L-MBR tixtieq tinforma lill-pubbliku ġenerali li l-kumpaniji għandhom jissottomettu l-formoli għall-proċedura simplifikata ta’ xoljiment permezz tas-sistema online tal-MBR (BAROS – Business Automation Registry Online System) biss, permezz ta’ din il-link: https://baros.mbr.mt/app/process/statutory_form_upload_ca
Dr Geraldine Spiteri Lucas
Reġistratur u CEO
